Sunday, 2 April 2017

“Puttinu qisu l-konvoj ta’ Santa Marija” – Missier Samuel, tifel li kellu l-lukimja


“Puttinu qisu l-konvoj ta’ Santa Marija meta ġie jsalvana.”

Dan kien il-kliem ta’ missier Samuel li ta’ 4 snin qabdietu l-lukimija. Is-sena l-oħra tela’ l-Ingilterra fejn sarlu trapjant tal-mudullun. Il-mudullun ma kienx ta’ ommu, ta’ missieru jew ta’ ħuħ imma ta’ persuna barranija, li qabel miegħu 100% u dan tah is-saħħa mill-ġdid. “Li jkollok mudullun ta’ xi ħadd minn pajjiż ieħor li jaqbel 10 out of 10, għalina huwa miraklu” isostni missier Samuel.

Ma’ Xarabank.com.mt missier Samuel jgħid li “Puttinu huwa s-salvazzjoni. ” Jispjega li “li inti tkun għaddej minn maltempata u minn gwerra fejn qed tiġġieled kontra xi ħaġa li ma tridx u għandek il-familja tiegħek li ma tridx li tegħreq.” Iżid jgħid li “mbagħad jiġi Puttinu u jgħidlek li għandek vapur, f’dan il-każ l-appartament u jgħidlek oqgħod fih sakemm inti tlesti.”

Itemm jgħid li “m’hemmx kliem biex tirringrizzjah lil Puttinu għax hu jżommok biex ma tegħriqx.”

Fil-Ġimgħa l-Kbira, il-papà u l-mamà ta’ Samwel se jkunu f’Xarabank, iwieġbu t-telefonati biex jgħinu lil Puttinu.

No comments:

Post a Comment