top bar

Friday, 21 April 2017

Persuna li se tieħu kura fi sptar trid issib post għal kelb tagħha

Persuna li se tieħu kura fi sptar tixtieq issib lil xi ħadd ta' qalbu tajba li joħodilha ħsieb il-kelb ta' wliedha għal ftit xhur.

Ma' Xarabank il-persuna qaltilna li l-kura se ddum teħodha għall-perjodu ta' madwar tlieta u ħames xhur u  ma tistax tibdiha qabel ma ssib post għall-kelb. Tispjega li dan il-kelb huwa taż-żewġ subien tagħha li għandhom 9 u 10 snin, u qed tħoss li se tonqos lil uliedha jekk dan il-kelb ikollha tneħħih.

Tispjega li dan il-kelb huwa iswed u tal-but, imur ħafna man-nies u jħobb ukoll lit-tfal.

Jekk lest li toffri l-għajnuna tiegħek, ċempel fuq 99669548.

Ritratt: Pinterest

No comments:

Post a Comment