Tuesday, 28 March 2017

Min hu l-qattiel ta’ Strada Stretta?


Wara l-episodju tal-bieraħ ta’ Strada Stretta, kulħadd qed jipprova jaqta’ min hu l-qattiel li qatel diversi prostituti f’din it-triq.
Xarabank.com.mt jaħseb li l-qattiel jista’ jkun wieħed minn dawn il-ħamsa:


1 – Carmelo

2 – Johnny


3 – Il-kappillan

4 – Mario


5 – Missier Victor


Xarabank.com.mt tkellem maż-żewġ diretturi ta’ Strada Stretta. Dwar jekk in-nies qed isaqsuhomx min hu l-qattiel, Justin Farrugia jgħid li “r-rispons huwa eseġerat għaliex in-nies filli kienu qed jistaqsu min hu u issa qed jagħtu r-risposti huma stess billi jistrieħu fuq teoriji sbieħ u kkuluriti.” Min-naħa l-oħra Steven Dalli jgħid li “r-rispons kien ħafna u hija l-iktar ħaġa li qed toqtolhom bil-kuriżità.” Jispjega li “r-reazzjoni tant hija eseġerata li ma konniex qed nistennewha.”

Justin jispjega li “l-isem tal-qattiel ġie msemmi min-nies diversi drabi u  fil-verità diffiċli biex tevitah.” Dwar dan Steven jgħid li “min-nies li kkummentaw fuq Facebook, iva kien hemm min semmih.”
U iva, se nsiru nafu min hu l-qattiel għaliex Justin u Steven ħabbrulna li fl-episodji li jmiss “ħa nsiru naf min hu jew min hi!”
“Se nsiru nafu min hu jew min hi
Tant kemm qalgħet diskussjoni din il-kurżità li saħansitra kien hemm min ħoloq din il-meme:

Inti min taħseb li hu l-qattiel ta’ Strada Stretta?
Ritratti: Reno Rapa

Ritratt tal-faċċata: Strada Stretta Facebook

No comments:

Post a Comment