Saturday, 15 April 2017

Miġbura somma rekord ta' €1,320,194 f'Xarabank għal Puttinu



F'Xarabank illejla nġabret is-somma rekord ta' €1,320,194 b'risq Puttinu.

Bħalma nagħmlu kull sena, fil-Ġimgħa l-Kbira xandarna l-edizzjoni speċjali ta' Xarabank li fiha ġbarna l-flus biex Puttinu jkun jista' jmantni l-flats li għandu u jibni oħrajn ġodda f'Londra biex jgħin lill-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura l-Ingilterra.






Il-programm beda ftit qabel id-9pm u sa tliet kwarti wara kienu diġà nġabru nofs miljun ewro. U sal-11pm, jiġifieri sa ftit aktar minn sagħtejn wara li beda l-programm, intlaħqet is-somma fenomenali ta' miljun ewro.


Ritratt: Smile for Puttinu Photographer 
Il-programm spiċċa fis-12:40am bis-somma rekord ta' €1,320,194 imma din lanqas hi s-somma finali, għax anke wara li spiċċa l-programm, id-donazzjonijiet baqgħu deħlin.


Dawk il-familji, negozji, ħwienet, każini, kumpaniji, għaqdiet u nies oħra li taw pleġġ ta' €300 jew aktar se jkunu qed inaqqxu isimhom fl-intrata tal-flats ta' Puttinu f'Londra, u dan bħala rikonoxximent tal-ġest ta' solidarjetà li għamlu llejla.

Nirringrazzjaw lilkom, il-Maltin u l-Għawdxin li tajtu d-donazzjonijiet tagħkom f'Xarabank tal-lejla. Grazzi talli kontu protagonisti f'din il-kawża ġusta. Din is-somma tixhed l-qalb ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin!



Ritratt: Smile for Puttinu Photographer

1 comment:

  1. well done. May the Risen Jesus Christ be a blessing to all involved.

    ReplyDelete