top bar

Monday, 24 April 2017

"Malta tal-lum m'għadhiex Malta ta' għaxar snin ilu"


"Rajt bidla sħiħa bejn Malta tal-lum u Malta ta' għaxar snin ilu." 

Dan huwa l-kliem ta' persuna li ma' Xarabank taqsam l-ostakli li qed issib issa wara li x-xahar li għadda rritornat f'art twelidha mill-Ingilterra.

Il-persuna tispjega li "kont ilni ngħix l-Ingilterra 10 snin u waħda mir-raġunijiet li l-għala tlaqt minn Malta hi minħabba li ibni huwa dyslexic." Tgħid li "kien litteralment qed jiġġennen l-iskola u spiċċajt anke bgħattu għand psikjarata, u mbagħad għedna li kieku nibgħatuh hemmhekk is-sitwazzjoni forsi tinbidel." Iżżid tgħid li "barra minn hekk żewġi huwa Niġerjan u kienet sitwazzjoni antipatika biex isib xogħol." Tispjega li "hemmhekk sibt opportunità anke biex nistudja. Żmien ilu hawn Malta ma stajtx nistudja għaliex ma ġejtx aċċettata bħala studenta matura biex insir għalliema tal-kindergarten. Apparti minn hekk jien kont tlaqt l-iskola ta' età żgħira u ma kellix ċertifikati." 

Ritratt: St. Ann's Home and School

Mistoqsija li l-għala ddeċidiet li tirritorna Malta, tispjega li "minkejja li kien hemm iktar opportunitajiet, iktar ma beda jgħaddi żmien iktar bdejt nimrad, tant li waqajt f'dipressjoni u allura kien ħin opportun biex niġi lura Malta, li tant kemm kont nimmissjaha kont niġi kull sena." Iżżid tgħid li "r-raġel u t-tfal għalissa għadhom hemmhekk imma liż-żgħir ta' 4 snin kont se nġibu miegħi" u din kienet l-ewwel problema li sabet f'Malta. Tispjega li "t-tifel ma stajtx napplikalu għall-kinder 2 fi skola tal-Gvern għaliex f'Ottubru nista' ndaħħlu u lanqas stajt nibgħatu Childcare Centre tal-Gvern għax sa tliet snin jaċċettaw." Tistqarr li "kelli nibgħatu lura l-Ingilterra ħdejn missieru, u kemm it-tifel u kemm jiena ninsabu b'qalbna maqsuma." 

It-tieni ostaklu li sabet kienet il-problema tax-xogħol. Tgħid li "kont ilni napplika sentejn u dejjem sibt bibien magħluqa." Tispjega li "kont ilni napplika mill-Ingilterra imma kienet ta' problema biex jagħmluli interview onlajn u ġieli anke kont niġi hawn Malta biex forsi jibgħatu għalija." Mal-problema tax-xogħol, din il-persuna sabet il-problema tal-post. Tirrakkonta kif "sibt xogħol f'Settembru li għadda hawn Malta imma kelli problema kbira biex insib fejn noqgħod għax il-kera saret għolja u kulħadd sar jitolb bl-addoċċ. Kont se nispiċċa ngħaddi b'€200 fix-xahar." B'dispjaċir tistqarr li "għax imbagħad ġejt aċċettata biex naħdem, kelli nirrifjutah għax ma stajtx insib post."

Ritratt: The Huffington Post
It-tielet ostaklu li sabet huwa l-post u tgħid li "f'Diċembru li għadda kelli inċident u spiċċajt bla karozza u la qtajt qalbi li f'Malta ħa nsib xogħol u fejn noqgħod għedt mela ħa noħroġ karozza ġdida l-Ingilterra." Tispjega li "kif ħriġt il-karozza l-Ingilterra fl-aħħar ta' Jannar, infetħitli opportunità ta' xogħol f'Malta u allura ġejt biha." Iżżid tgħid li "allura jiena qbadt, għedt jiena se niġi bil-karozza u bil-kelba la kelli kollox lest, saħansitra anke appartament fejn noqgħod." Però tgħid li "meta s-sid rani bil-kelba ma aċċettax u spiċċajt ma kellix fejn noqgħod." Tispjega li "la spiċċajt mingħajr post, għamilt erbat ijiem għand ommi u wara li fittixt ħafna, sibt post fejn is-sid aċċettani bil-kelba."

RitrattGurgaon Interior Designer

Il-karozza kienet probelma oħra li sabet f'Malta u tispjega li "qed nitlob li mqar jagħtuni permess biex insuq għal dawn is-sitt xhur sakemm nara kif se nħossni hawn Malta u sakemm nara x'se jiġri wara l-probation." Tkompli tispjega li "mhux jagħtuni permess li nsuq karozza barranija f'Malta għax għandi karta tal-identità Maltija u għandi passaport Malti u b'hekk irrid inħallas id-dazju, irrid inħallas it-taxxa fuq kemm xtrajtha u neqlibha Maltija." Iżżid tgħid li "kieku jiena barranija ma kinitx se tkun problema imma għax ċittadina Maltija ma niħux permess." Tgħid "bħalissa jiena qed inħallas il-liċenzja għal 30 ġurnata u ħallast €20, u din se tiskadili għada. Wara jekk inkun għadni nsuq lilha fit-triq jiġbruhieli." Dwar dan ittemm tgħid li trid tħallas xi €600 biex tibgħat il-karozza lura l-Ingilterra.

Ritratt: Cars Mmogspot
Inti taħseb li ġralha li ġralha bl-għażliet li għamlet? Għidilna x'taħseb billi tikkummenta hawn taħt.

Ritratt: www.poslovnipuls.com

1 comment:

  1. Naqbel ma din il mara li awn hafna ligijiet li ma jikkunsiderawx lj hafna maltin illum andom bzonnijiet differenti min qabel. Jien it tifel twueled fil korea , fejn ma jirregistrax nis barranin li jitwildu f pajjizhom for registru pubbliku. Habba dan it tifel ma nistax nirregistrah fir registru publiku malti alkemm hu citttadin malti u andi provi tat twelid tijaw, sahansitra kellu jgib permess mid direttur tal passaporti bix namillu passaport ax numru ta lid mandux habba li mux irregustrat. Anke il comissioner al malta fil korea bat email jikkonferma li l korea tisfel ma jiregistrawx barranin imma il ligi kif qeda ma tatix permess lid direttur tarregistru pubblikh jamel eccezjoni. Ajdli kemm problemi niltaqa mahom li kelli nerga nigi noqod malta.

    ReplyDelete