sponsors

Thursday, 20 April 2017

L-istorja ta' meta morna għand il-mara ta' Ben Camille...u filġitna


Naħseb ikun safe li ngħidu li n-nies li jaħdmu fuq it-televixin u fuq ir-radju mhumiex l-aktar nies fit fuq wiċċ dil-gżira. U xhieda ta' dan huwa l-video li ppostjajna lbieraħ fuq il-paġna ta' Xarabank u li sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu diġà għandu aktar minn 32,000 view.

Ftit tal-jiem ilu, Kristina, il-mara ta' Ben Camille, organizzat dik li sejħitilha Celebrity Workout, u għaliha stiednet lil Valentina u Nate tal-Vibe FM, lill-atturi Taryn Mamo Cefai u Deandra Agius mis-serje popolari Strada Stretta, lill-kantanti Destiny u Maxine Pace, lil Alvin, attur prinċiapli f'La Tħobbnix, Mark tagħna ta' Xarabank, u ovvjament, Ben Camille!

Il-personalitajiet iltaqgħu fl-istudio ta’ Kristina għal workout b’differenza. Il-workout ma damx aktar minn nofs siegħa jew tliet kwarti, imma xi wħud mill-personalitajiet kienu diġà nfilġu wara l-ewwel ħames minuti, u rnexxielhom ikaxkru saqajhom sal-aħħar tas-sessjoni b'ilsienhom barra!

Il-workout jikkonsisiti f'ħidma intensiva li biha jirnexxielek tħaddem kull parti ta’ ġismek. Għalkemm dan it-training huwa wieħed intensiv, jista' jagħmlu kullħadd, għax bl-istruzzjonijiet li ittik Kristina matul it-training, tagħmel dak li int kapaċi tagħmel biex finalment dejjem tmur għall-aħjar. B’dawn il-klassijiet Kristina tixtieq li tippromwovi ħajja aktar b'saħħitha b’dieta bilanċjata u attivitajiet li jħaddmu l-ġisem u jħalluh attiv.

Hawn taħt tista' tara x'għamlu dawn il-personalitajiet meta marru għand Kristina, u jekk qed titħajjar tmur, tista' tibgħat messaġġ direttament lil Kristina ta' Ben billi tagħfas hawn u tidħol fuq il-paġna ta' Facebook tagħha.



Ritratt: CNG Fotography

No comments:

Post a Comment