top bar

Tuesday, 28 March 2017

Kun ċert li tmur imqar darba f’dawn il-5 postijiet qabel tmut











1. Thailand, fejn hemm restorant li żgur ma joħorġokx tqila



It-Tajlanda, pajjiż li bħalissa qiegħed fuq fomm il-Maltin kollha, u kif jista’ jkun le? Fit-Tajlandja, ix-xemx dejjem tiddi, u jekk inti wieħed minn dawk li tħobb it-temp sħun is-sena kollha, it-Tajlandja huwa il-pajjiż għalik. Xi xhur ikunu naqra iktar sħan minn oħrajn.


Fit-Tajlandja hemm restorant jismu Cabbages and Condoms. Cabbages and Condoms huwa restorant fejn “l-ikel huwa garantit li ma jikkawżax tqala.” L-għan tar-restorant huwa li joħloq kuxjenza dwar kif tippjana l-familja tiegħek, u mexxa l-idea li n-nies għandhom ikunu komdi jixtru kondoms flimkien bħalma jixtru oġġetti ta’ “kuljum, bħal kaboċċi.” Hemm ħafna ‘affarijiet li tista’ tixtri bit-tema tal-kondoms ukoll, bħal keychains, mugs tat-te, u diversi manekkini magħmula mil-latex.

In-nies fit-Tajlandja huma minn tagħna ħafna. It-Tajlandja hija msejħa The Land of Smiles, u mhux għalxejn, għax kulħadd huwa kuntent u jidħaqlek u nies li lesti li jgħinuk meta int mitluf.

2. L-Alaska tista' tixtri b'xejn


Issa jekk inti bħali u tħobb il-kesħa, tinkwieta xejn, ħsibt għalina wkoll. L-Alaska qiegħda n-naħa ta’ fuq tal-Amerka, maġenb il-Kanada, u tista’ tasal għaliha fuq vapur lussuż, jismu Celebrity. L-Alaska hija l-post fejn taħsbek qed tħares lejn kartolina xħin tħares lejn il-veduti. U żgur se tara annimali li f’Malta m’intix se tarahom. Apparti hekk forsi tara xi mogħża, hawn għandna ħafna minnhom. U le, m’inix nirreferi għal mogħoż li ssib fl-għelieqi. 

Imma l-aktar ħaġa impressjonanti fl-Alaska hija TAX FREE SHOPPING! Iva, qrajt sew. Jekk id-deżert spettakolari, wildlife tal-blieh, muntanji u l-glaċieri mhumiex biżżejjed għalik, xi tgħid jekk nghidlek li Alaska hija tax free meta tmur shopping? L-Alaska hija waħda mill-pajjiżi fejn it-taxxa hija l-aktar baxxa fl-Istati Uniti.

Dan ifisser li l-prezzijiet tal-affarijiet li tixtri tant huma baxxi, li meta tikkumparahom mal-prezzijiet li aħna mdorrijin bihom aħna, kważi kważi tkun qed tixtri ‘b’xejn,’ kif ngħidu! Dan jista’ jkun id-divertiment perfett waqt li tħalli r-raġel hemm jistad.

3. Vienna, fejn hemm mużew tan-nies li joqtlu (fost l-oħrajn)


Kranji, apparat medjevali tat-tortura, ingwanti mdemmija, maskri tal-mewt. Il-Kriminalmuseum fi Vjenna huwa ddedikat għall-kriminalità u l-qtil. Naturalment, il-Kriminalmuseum huwa aktar minn sempliċiment mużew tal-qtil. Hemm sezzjonijiet iddedikati għal kull reat li tista’ timmaġina, inkluż għall-flus foloz, lock-picking u prostituzzjoni.

Imma huma l-istampi dwar il-kriminalità, armi u l-kranji kemm tal-qattiela u kemm tal-vittmi tagħhom li jimlew l-ikbar spazju fil-Mużew. Filwaqt li iva, vera hemm xeni makabri, il-mużew għandu kwalità affaxxinanti u kemxejn misterjuża

U għalikom ir-romanitiċi ma nsejtkomx lanqas. Vjenna, il-pajjiż tar-romantiċiżmu u l-inbid. Jiġifieri jekk forsi intom li qegħdin tfixxu post fejn tqattgħu il-honeymoon jew forsi tridu btala romantika, dan huwa post li ma tistgħux ma tikkunsidrawhx.

Hemm flea market li huwa l-akbar suq tal-ikel fil-miftuħ.

Ġewwa Vjenna, il-Naschmarkt jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt. Hemmhekk tistgħu tammiraw bramel ta’ tulips to pickles, wines and plump, purple-flushed figs u tieqaf għal breakfast f’post jismu “Do-An or Tewa”.

Tista’ tara veduta tal-ġenn mill-ajru. L-ebda vjaġġ ġewwa Vjenna mhuwa komplut mingħajr ma tmur fuq il-Ferris wheel ġganta. Minn hemm fuq hemm xena li hija xejn inqas minn spettakolari u li ma tistax ma tarahiex. Din ir-rota tlestiet fl-1897 biex jitfakkar il-Ġublew tad-Deheb ta’ Franz Josef.

Esperjenza ċikkulata li ġejja mis-sema. Kif għandek qalb tmur Vjenna u ma dduqx iċ-ċikkulata? Trid tkun ġej vera minn Mars ħa ngħidlek (pun intended). Vjenna hija dar għal ħafna mill-aqwa ħwienet taċ-ċikkulata tad-dinja. Ċikkulata u inbid, xi trid aktar?!

4. Lago Di Garda, għax darbtejn issir tfal



U intom li għandkom it-tfal żgħar, din għalikom. Apparti li Lago di Garda huwa magħruf għall-kwiet, għall-ħdura u għas-sbuħija li hemm, hemm ukoll post li forsi t-tfal tagħkom jafu li jismu Gardaland. Dan huwa theme park kbir fejn ċerti li t-tfal tagħkom u anke intom tqattgħu ġurnata inkredibbli hemm ġew. 

Stennew li se taraw dinosawri enormi, vapuri tal-pirati u roller coasters kbar, akkwarju bil-mina tal-ħġieġ fejn klieb il-baħar tarahom jgħumu fuqek u madwarek. 

U bilħaqq, meta tibbukkja l-vaganza tiegħek mal-Europa Tours, il-biljetti tal-park huma digà inklużi fil-prezz, jiġifieri serrħu raskom li joħdulkom ħsieb kollox. Però huwa post tajjeb ukoll għal persuni li forsi huma akbar fl-età għaliex kif għedt qabel, Lago di Garda huwa post kwiet hafna. 

5. Amsterdam, fejn tista’ tiekol fid-dlam 


Post ieħor magħruf sew mal-Maltin. Amsterdam, il-belt imqarba tal-Ewropa, magħrufa għall-bohemian vibes, coffee shops (li ma jbiegħux kafè) u s-sess! Amsterdam għandha ħafna x’toffri sabiex tagħmel il-vjaġġ tiegħek memorabbli. Imma Amsterdam mhux sess biss. Tista’ tieħu t-triq ta’ turist innoċenti wkoll, u xorta għandek ħafna x’tara.

Tixtieq tagħmel iż-żjara tiegħek f’Amsterdam verament memorabbli u bħali tħobb ħafna t-tattoos? Hemm Tattoo parlour famuż ħafna jismu Hanky ​​panky u hemm tista’ tingħaqad mal-lista ta’ ismijiet ta’ nies famużi li marru jagħmlu tattoo hemm, bħal Melanie C, Kate Moss u Korn, biex insemmu xi ftit!

Tista’ wkoll tiekol fid-dlam. Timmaġina? Inti tiddejjaq tmur tiekol fl-istess restoranti? Tħossok bħali li jkollok bżonn ta’ bidla fl-esperjenza ta’ ikla normali? Jekk qed tgħid “iva!”, mela dan il-kastell huwa l-post għalik. F’Amsterdam issa inti tista’ tagħmel esperjenza ta’ ikla unika fid-dlam. (Iva sewwa smajt, tista’ tiekol fid-dlam).


Dan huwa apparentament vjaġġ tas-sensi, fejn ma tara xejn imma tħoss kollox. Ipoġġuk bilqiegħda fi dlam ċappa u hekk ikollok esperjenza ta’ nies li huma neqsin mid-dawl, u kif inhi l-esperjenza tagħhom waqt l-ikel. Jekk id-dlam sempliċement ma jkunx biżżejjed għalik, inti tista wkoll tagħżel “sorpriża” fejn il-kok jiddeċiedi għalik dak li se tiekol int. Interessanti hux?!

U dawk huma – il-5 postijiet li żgur għandek iżżur qabel ma tmut. Jekk trid aktar informazjoni fuq dawn il-vjaggi u ħafna aktar vjaġġi, u fuq dati u offerti tal-ġenn, tista’ żżur lil Europa Tours fuq: www.europatours.org jew fuq il-Facebook tagħhom www.facebook.com/Europa-Tours

Tista’ wkoll iċċempel fuq 2124 3562 u ssib lil xi ħadd li lest jagħtik aktar informazzjoni u jgħinek issib il-vjaġġ tal-ħolm tiegħek. Tista’ żżur l-uffiċċju tagħhom ukoll, li qiegħed 31, Triq Sant’ Anna, FRN9012, Floriana, Malta.

No comments:

Post a Comment