Friday, 14 April 2017

Jinġabru €500,000 fi tliet kwarti waqt Xarabank għal Puttinu


Wara li lanqas għadha għaddiet siegħa minn xħin beda Xarabank tal-lejla, diġà nġabru aktar minn nofs miljun ewro għal Puttinu Cares.


Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, qed inxandru din l-edizzjoni speċjali ta' Xarabank li fiha qed niġbru l-flus biex Puttinu jkun jista' jmantni l-flats li għandu f'Londra u jibni oħrajn, biex aktar familji Maltin ikunu jistgħu jsibu fejn joqogħdu meta jitilgħu l-Ingilterra għall-kura.

Maria Desira, li hija l-producer tal-programm tal-lejla qalet li għalkemm hemm ħafna każijiet ta' tfal u adulti li fiequ mill-mard wara ftit xhur ta' kura, oħrajn għadhom għaddejjin bil-kura s'issa għaliex għadhom ma fiqux.

"Uħud minn dawn in-nies ikollhom jagħmlu xhur, jekk mhux anke snin l-Ingilterra sakemm jieħdu l-kura jew ikunu jistgħu jagħmlu trapjant," tispjega Maria. "U mingħajr ma jistaqsik xejn, Puttinu jagħtik iċ-ċwievet tal-appartament u jgħidlek biex iddum hemm kemm hemm bżonn."

Nirringrazzjaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li taw donazzjoni fil-programm tal-lejla u nħeġġu lil dawk li għadhom ma ċemplux biex huma wkoll ikunu parti minn dan il-proġett ta' solidarjetà nazzjonali.

Tista' ċċempel 51702006 biex tagħti donazzjoni ta' €15, jew 51802008 biex tagħti donazzjoni ta' €25, jew inkella ibgħat messaġġ fuq 50618939 biex tagħti donazzjoni ta' €6.99.

U jekk trid tagħti pleġġ ta' €300 tista' ċċempel lil Rennie, Angele u Dr Calvagnia fuq 21249200.

Ritratt tal-faċċata: Mario Mintoff

No comments:

Post a Comment