Thursday, 20 April 2017

Ix-xufier tat-taxi li offenda lil Puttinu jmur jitkellem ma’ Rennie


Ix-xufier tat-taxi li qal kliem oxxen lil missier tifel bil-kanċer u kliem iebes fil-konfront ta' Puttinu, illum mar għand Puttinu jiskuża ruħu u jwiegħed kull għajnuna li jista' jagħti lil Puttinu. 

Għand Puttinu, dan ix-xufier tat-taxi tkellem ma' Rennie Zerafa. Ma' Xarabank, Rennie minn Puttinu Cares  jispjega kif "ix-xufier bħalissa għaddej minn mument ħażin u għalhekk mhux xieraq li noqogħdu nikkundannaw." Iżid jgħid li "dan ix-xufier ġie għandna, hawn għand Puttinu, u wera d-dispjaċir sinċier tiegħu u beda jistaqsini f'hiex nista' ngħinkom." Rennie jispjega wkoll li "dan ir-raġel ma ssupervjax, ammetta li żbalja u jrid jgħin. Ilum inqis lil dan ir-raġel bħala eżempju." 

Il-Ħadd li għadda ġie rrapportat kif xufier li kien mistrieħ fil-karozza bil-bieba miftuħa u saqajha barra mill-karozza, qala' daqqa ta' sieq wara li żewġ żgħażagħ li kienu qed jiġbru għal Puttinu u fis-saħna tal-mument offenda lit-tfal morda bil-kanċer u lil Puttinu. Ġie rrapportat ukoll li f'dak il-mument kien għaddej missier ta' tifel marid bil-kanċer u ħassu urtat b'dan il-kliem. Ġurnata wara li xxandret din l-istorja fejn il-missier spjega dak li kien qed iħoss, ix-xufier għamel apoloġija pubblika.

Ritratt: tvm.com.mt

No comments:

Post a Comment