top bar

Wednesday, 26 April 2017

It-tariffi tar-roaming se jitneħħew fil-15 ta' Ġunju

Ftit aktar minn xahrejn oħra, dawk kollha li se jużaw il-mowbajl tagħhom meta jkun imsefrin f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex iċemplu, jibagħtu messaġġi jew jużaw l-internet mhux se jkollhom bżonn iħallsu xi tariffi żejda.

Fi stqarrija, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stqarr li ntlaħaq l-aħħar kriterju li kien hemm bżonn biex jitneħħew it-tariffi tar-roaming fuq il-mowbajl. Għal dan, il-Ministru għall-Kompettività u l-Affarijiet Diġitali Emmanuel Mallia qal li "meta l-Ewropej immorru vaganza dan is-sajf, jistgħu jgawdu l-libertà li jżommu l-kuntatt tagħhom man-nies u jużaw l-internet daqslikieku għadhom pajjiżhom stess. L-Unjoni Ewropea qed tagħmel ħajjitna iktar faċli, b'modi iżjed prattiċi."
Din il-miżura hija applikabbli għal dawk li jgħixu fl-Ewropa u għal dawk li jivvjaġġaw f'pajjiżi oħra fl-Ewropa fuq xogħol jew bħala vaganza. Din se titgawda wkoll mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein u min-Norveġja ftit wara l-15 ta' Ġunju li ġej.
Ritratt: The Huffington Post

No comments:

Post a Comment