Thursday, 20 April 2017

BIL-FILMAT: Il-ġurnalist tal-BBC ma jinstabx ħati



Il-ġurnalist tal-BBC Chris Packham ma nstabx ħati wara li ġie akkużat li aggredixxa lil żewġ nassaba f’Għawdex 

Fil-Qorti, Chris ippreżenta filmat bħala prova li m’għamel xejn ħażin fil-konfront tan-nassaba. Il-Maġistrat Joe Mifsud spjega li “l-ġurnalisti huma importanti f’demokrazija u għandhom jiġu protetti.” Joe Mifsud żied jgħid li “huma għandhom jitħallew jeżaminaw lil dawk li qed jikkommettu xi illegalitajiet u jesponu r-reat.”


Għaldaqstant, Chris Packham ġie illiberat minħabba nuqqas ta’ provi. 

Fi tweet il-ġurnalist stqarr: "m'iniex ħati. U stennew sakemm taraw l-evidenza tagħna."




Fil-fatt iżjed tard ippubblika dan il-filmat li juri l-evidenza kollha:


No comments:

Post a Comment