sponsors

Sunday, 23 April 2017

Happy Days jitlef lill-attriċi Erin Moran

Erin Moran
L-attriċi Amerikana Erin Moran, magħrufa għall-interpretazzjoni tal-karattru Joanie fis-sensiela Happy Days, mietet fl-età ta' 56 sena.

Ritratt; The Huffington Post
Skont il-midja internazzjonali, ilbieraħ waranofsinhar tim mediku ssejjaħ biex jagħti l-ewwel għajnuna u malli wasal fuq il-post sabha mejta. Il-kawża tal-mewt tagħha għadha mhijiex magħrufa.


Erin dehret ukoll fis-sensiela Joanie Love Chachi, li beda fl-1982. Hija ħadmet il-parti ta' Joanie Cunningham, li fis-sensiela kienet oħt il-karattru prinċipali ta' Richie. Ron Howard, li kien interpreta l-karattru ta' Ron Howard, kien wieħed minn tal-ewwel li sellem il-memorja ta' Erin Moran permezz ta' tweet.


No comments:

Post a Comment