top bar

Wednesday, 19 April 2017

Ġurnalist tal-BBC jitressaq il-Qorti wara li attakka żewġ nassaba




Il-ġurnalist tal-BBC, Chris Packam mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex wara li ġie akkużat li aggredixxa żewġ nassaba.


Permezz ta’ filmat fuq Twitter Chris allega li għamel sagħtejn arrestat f’għassa tal-Pulizija f’Għawdew u li se jitressaq il-Qorti l-Ħamis b’rabta mal-akkuża miġjuba kontrih.

Filwaqt li huwa ċaħad li għamel hekk, stqarr li allegatament il-Pulizija mbuttawh it-triq kollha. Żied jgħid li Malta huwa post fejn tipponta subgħajk lejn xi persuna għax taħseb li huwa suspettat u dan jispiċċa l-Qorti.

Fi tweet oħra Chris indirizza lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes u staqsihom x’azzjoni ħadu dwar iż-żewġ nassaba. Din il-mistoqsija weġibha huwa stess billi qal li aktarx m’għamlu xejn.

Chris Packham kien ħadem ħafna biex jikxef l-insib illegali f'Malta u f'Għawdex tant li kien qajjem kontroversja xi snin ilu għad-dokumentarju Massacre on Migration fejn xi wħud qisuh li kien eseġerat.



Tista' tara l-filmat hawn taħt:



No comments:

Post a Comment