sponsors

Tuesday, 25 April 2017

Franklin u Raquel jingħażlu għal audition ta' X Factor


Il-kantanti u l-personalitajiet magħrufa Franklin Calleja u Raquel Galdes ingħażlu għall-audition ta' X Factor.


Fuq Facebook Franklin jispjega li "kienet imejl li rċevejt dalgħodu li għamlitli l-ġurnata isbaħ." Jistqarr li "l-unika ħaġa li tinkwetani hi li l-audition tinsab viċin ħafna! Fil-fatt ġimgħa oħra."

Jispjega li "se nipprova u nibbukkja għal audition oħra f'Manchester għaliex ma nistax nattendi l-audition l-oħra minħabba li dakinhar ser inkanta f'tieġ." Itemm jgħid li "ma nafx kemm se jirnexxieli nipposponiha imma... jiena dejjem xtaqt li nipprova."



Fuq Facebook Raquel ukoll ħabbret li ngħażlet għal audition ta' X Factor u tgħid li "ma nafx jekk għandix immur jew le."



X Factor huwa programm televiż li minnu ħargu kantanti popolari bħal Leona Lewis, James Arthur u l-grupp One Direction.

1 comment:

  1. Heq le hekk misskom ma tmorrux ukoll ghandkom lehen bhal dak!!

    ReplyDelete