sponsors

Thursday, 20 April 2017

F'Malta dalwaqt se jinħarqu 4,800 żarbun. Inti kieku taħraqhom?


Ilbieraħ ġie rrapportat li l-Qorti talbet lid-Dwana teqred 4,800 żarbun sportiv għaliex huma żraben foloz. Kienet il-kumpanija Reebok International Limited li ressqet rikors ħalli dawn iż-żraben ma jinbigħux fis-suq.

Iż-żraben kienu daħlu f’Malta fl-10 ta’ Diċembru li għadda u fit-30 ta’ Jannar 2017 u nstabu wara li l-uffiċjali tad-Dwana eżaminaw żewġ kontenituri u ħareġ li kienu ffalsifikati. Għaldaqstant, il-Qorti talbet lid-Dwana biex dawn iż-żraben jinqerdu fi żmien 90 ġurnata.

Qarrejja ta’ Xarabank tkellmu magħna u qalulna li “hija ħasra li dawn iż-żraben se jinqerdu. Li kieku dawn iż-żraben kienu għadhom iridu jsiru, l-istorja kienet tkun differenti imma dawn ġa saru!” Spjegawlna li “dawn għandhom jingħataw lill-karità jew inkella jsir irkant u l-flus li jinġabru jmorru għal diversi djar tat-tfal jew iż-żraben stess jingħataw lil persuni fil-bżonn.”

Inti x’taħseb? Ikkummenta hawn taħt!

Ritratt: Gear Patrol

No comments:

Post a Comment