sponsors

Tuesday, 18 April 2017

Elezzjoni Ġenerali fit-8 ta' Ġunju



AĠĠORTNATA (12:33):

Il-Prim Ministru qalet li wara r-referendum tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit għandha bżonn ċarezza, stabbiltà u tmexxija b'saħħitha.



Dwar din id-deċiżjoni, May qalet li "l-pajjiż qed jingħaqad iżda Westminster mhuwiex."

QABEL: 

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May sejħet elezzjoni ġenerali għat-8 ta' Ġunju.


L-uffiċċju tagħha dejjem caħad li se jsejjaħ elezzjoni qabel dik li kienet sekdata fl-2020. Skont l-Att Parlamentari Ingliż, l-elezzjoni dejjem għandha ssir fl-ewwel Ħamis ta' Mejju u wara kull ħames snin.

Madankollu, May tista' ssejjaħ elezzjoni bikrija jekk żewġ terzi tal-Membri Parlamentari huma favur din il-mozzjoni.


Ritratt tal-faċċata: ITV.com

No comments:

Post a Comment