Friday, 14 April 2017

BIL-FILMAT: Dis-sena ġiet bżonn Puttinu u llum xorta ġiet tagħti donazzjoni f'Xarabank

Ritratt: Annalise Baldacchino

Annalise Baldacchino ġiet bżonn Puttinu fl-aħħar xhur u ftit tal-minuti ppreżentat donazzjoni lil Puttinu stess waqt Xarabank! Annalise ġiet b'sorpriża, mingħajr ma konna qed nistennewha!




Lil Annalise kellimniha eżatt malli ħarġet minn ġos-sala ta' Xarabank wara li tat id-donazzjoni tagħha u qaltilna li kienet ilha minn Awwissu tielgħa Londra għaliex kellha tumur imwaħħal man-nerv ta' wara widnejha.

F'Ottubru li għadda, Annalise għaddiet minn operazzjoni ta' disa' sigħat biex jinqatagħlha n-nerv li kellu tumur imwaħħal miegħu u ħadulha nerv minn saqajha biex jibdluh miegħu.

Qaltilna: "Biex tlajt Londra kelli bżonn Puttinu li kellu l-bibien miftħuha għalija."

Illum Annalise ġiet b'donazzjoni ta' €500 li ġabret flimkien ma' sħabha ta' xogħol minn Dizz Group u b'donazzjoni oħra ta' €110 li nġabret mill-familja tagħha.

Annalise tappella biex kulħadd jgħin għax "taf tiġi bżonnu bħalma ġejt bżonnu jien."

Tista' tara l-filmat hawn taħt:

Ritratt: Mario Mintoff

No comments:

Post a Comment