sponsors

Thursday, 13 April 2017

Dawn biddlu l-profile picture għal Puttinu...int se tagħmilha?!




Kif żgur li s'issa taf, għada, f'jum il-Ġimgħa l-Kbira, f'Xarabank se ngħinu lil Puttinu.


S'issa, ħafna personalitajiet, membri parlamentari u nies oħra minn kull qasam tal-ħajja daħlu f'din l-app u biddlu l-profile picture tal-Facebook biex iqajmu aktar kuxjenza dwar dak li se nagħmlu għada.

U inti tista' tagħmilha wkoll. Qed inħeġġuk biex tbiddel ir-ritratt tal-profil tiegħek int ukoll ħalli tkun parti minn dan il-proġett kbir li qed nagħmlu. U għada, x'ħin iċċempel biex tagħti donazzjoni għal Puttinu, ikteb fuq Facebook ħalli tħeġġeġ oħrajn jagħmlu bħalek. U uża l-hashtags #puttinu #xarabank.

Grazzi, għax bis-saħħa tiegħek, bis-saħħa tal-kura, Puttinu se jkompli jgħin ħafna familji!

Jekk trid tbiddel il-profile picture idħol f'din il-link: https://actionsprout.io/D4690F?source=share

No comments:

Post a Comment