sponsors

Wednesday, 5 April 2017

Christina Magrin tiġi l-ewwel fl-aħħar eżami tat-Trinity College f’Londra


Christina Magrin, it-tifla li s-sena l-oħra rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest, kisbet l-ogħla marka fl-aħħar eżami tat-Trinity College ta’ Londra.


Christina hija l-iżgħar tifla li qatt poġġiet għall-eżami tal-Grade 8 Rock & Pop Vocals li sar f’Ġunju li għadda u lbieraħ ngħatat ċ-ċertifikat u l-premju talli kisbet l-ogħla marka.
Ma’ Xarabank.com.mt, Christina tispjega li “kont qiegħda għand in-nanna u kont għadni kemm ġejja mill-iskola meta sirt naf.” Tirrakkonta kif “Rachel u ommi huma l-vocal coaches tiegħi u huma kienu diġà jafu bir-riżultat. Imbagħad Rachel ċemplet lil ommi u hija qaltli li ġibt l-ogħla marka fl-aħħar eżami.”
Tispjega li “tgħidx kemm werżaqt malli qaltli u kont ferħana għax kont ilni naħdem għal dan l-eżami.” Tistqarr li “dik is-sena kelli naħdem u nipprepara wkoll għall-Malta Eurovision Song Contest li sar f’Lulju li għadda u dan l-eżami sar f’Ġunju.”

Christina tgħid “li nirringrazzja lill-mamà, lil Rachel, lil familti tas-sapport kollu li tawni waqt dan il-vjaġġ u lill-poplu Malti u Għawdxi talli ssapportjani waqt il-Junior Eurovision.”

No comments:

Post a Comment