Wednesday, 19 April 2017

"Billi braxtli l-karozza x'ħadt? X'għamiltlek?" - Claudette Abela Baldacchino



Dalgħodu Claudetta Abela Baldacchino, li kienet Membru Parlamentari Ewropew mal-Partit Laburista u li hi l-President tan-Nisa Laburisti, sabet il-karozza tagħha mibruxa b'kelma oxxena.





Fuq Facebook Claudette qalet: "Billi braxtli l-karozza x'ħadt? X'għamiltlek? Qas hu denju li ngħidlek ħanżir għax wisq probabbli l-ħnieżer aħjar minnek. Naf fejn kont ipparkjata." Ittemm tgħid: "Alla jagħtik is-saħħa għax inġustizzja ma tissewwiex b'inġustizzja."

No comments:

Post a Comment