Saturday, 8 April 2017

BIL-FILMAT: Wara li tilfu lil binthom, binhom joħroġlu tumur f’moħħu

Ritratt: Javen u ommu

Wara li għaxar snin ilu tilfu lil binthom, binhom Javen ta’ seba’ snin joħroġlu tumur f’moħħu.

Bħal-lum sena Javen beda jitfixkel u ma kienx qed jitkellem bħas-soltu. Ma’ Xarabank, ommu tispjega kif indunaw li Javen kien qed jaġixxi differenti. Tirrakkonta kif “filgħaxija ġew ommi u missieri d-dar u t-tifel qalli: “mummy dawn min huma?” Lil Javen jeħoduh għat-testijiet u jsibu li għandu tumur f’moħħu. 

Missier Javen jistqarr li “fil-bidu lanqas tkun taf x’ġara u x’inhu jiġri minnek.” Iżid jgħid li “iebsa hux għax qablu kellna tifla u tlifnieha, u mbagħad tisma’ bl-aħbar tat-tifel.” Omm Javen tistqarr li “mhijiex faċli imma l-ħajja trid tkompli.”

Ritratt: Javen u missieru

Illum, Javen ġej għall-aħjar. Nhar il-ġimgħa fil-Ġimgħa l-Kbira, waqt Xarabank għin lil Javen u lil tfal oħra bid-donazzjoni tiegħek.

Ara l-filmat hawn taħt:

No comments:

Post a Comment