top bar

Friday, 14 April 2017

BIL-FILMAT: Waqt li ommu kienet fuq il-chemo, dat-tifel kellu jagħmel 5 operazzjonijiet

Ritratt: Henry
Iċ-ċkejken Henry kien f’xifer il-mewt diversi drabi. Huwa twieled b’kundizzjoni rari ħafna.

Waqt li binha marad serjament, ommu jaqbadha kanċer ukoll. Tgħid: “Fl-istess ħin li kont għaddejja bil-kimoterapija, it-tifel kellu jagħmel ħames operazzjonijiet.”

Waqt li kienet marida bil-kanċer, Henry qaleb għall-agħar u riedu joħduh l-Ingilterra b’emerġenza. Lil ommu ma ħallewhiex tmur miegħu fuq l-ajruplan u tispjega li “t-tabiba qaltli li rrid noqgħod hawn minħabba li kont fuq il-kimoterapija u ma stajtx niċċaqlaq.” 

B’għafsa ta’ qalb tistqarr: “lanqas nista’ nispjegalek x’ħassejt dak il-ħin.”


Omm Henry tgħid li “l-agħar kienet għar-raġel għax naħseb li kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn għalih li jara lill-mara u lit-tifel ma jafx x’se jsir minnhom it-tnejn.”

Tirrakkonta li filwaqt li kienu qed jippreparawhom għall-mewt ta’ binhom, tispjega li sa issa Henry għadda minn disa’ operazzjonijiet. L-omm tistqarr il-weġgħa li tħoss qabel kull operazzjoni u tgħid: “lit-tifel inbusu u ngħidlu bye, u ma nafx jekk hux se nerġa’ narah.”

Henry flimkien ma' ommu u missieru
Henry għandu bżonn kilwa u issa wasal fi stat li ma jistgħux jistennew iktar, u ftit ġranet oħra ħa jitla’ l-Ingilterra għal operazzjoni serja oħra.

Henry jgħidilkom grazzi tal-għajnuna li se tagħtu bid-donazzjoni tagħkom.

Hawn taħt tista' tisma' lil Henry jitkellem.

No comments:

Post a Comment