top bar

Saturday, 8 April 2017

BIL-FILMAT: Rennie ta' Puttinu ġie bżonn Puttinu wkoll

Rennie flimkien man-neputi tiegħu Ben

Ben huwa t-tieni neputi ta’ Rennie, il-persuna li ħmistax-il sena ilu ħolom u ħoloq Puttinu. Filwaqt li huwa magħruf ma’ kulħadd bħala persuna li joffri sapport kontinwu lill-familji Maltija li telgħu għall-kura l-Ingilterra, Rennie ġie bżonn Puttinu wkoll.


Minħabba problemi serji f'qalbu, Ben jagħmel operazzjoni serja fl-Ingilterra.

F'Xarabank, Rennie jsostni li "aħna bħal kulħadd; għandna t-tbatijiet u slaleb tagħna bħal kulħadd u Puttinu hu għal kulħadd."

Omm Ben tispjega li “stajt nitilfu hux imma llum ngħid li huwa iktar speċajli u għall-grazzja t’Alla qisu m’għandu xejn.” Tistqarr li “ta’ tarbija diġà għamel xi ħaġa kbira għax irnexxielu jegħlibha.” 

Għal ommu u missieru, Ben ifisser “kollox u ngħixu għalih.” Tispjega li “meta narah rieqed ikun qisu Bambin u nibda ngħid possibbli kien fuq dik is-sodda mimli wires u affarijiet.”  Omm Ben tisqarr li “kulma nixtieq huwa li t-tifel jibqa’ b’saħħtu għax mill-operazzjoni sa issa għadu tajjeb.”

Sandro, in-nannu l-ieħor ta’ Ben jispjega kif “fit-3 ta’ Frar siefruh, fis-6 operawh u erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Frar, beda jistejqer u qisu reġa’ twieled mill-ġdid.” Iżid jgħid li “dakinhar li ċemplitli binti kont qiegħed xi mkien ma nafx eżatt fejn, u meta qaltli lil Ben neħħewlu l-magni, il-pajpijiet u qed jistejqer, lanqas ridt nemmen.”

Ara l-filmat hawn taħt:
Ritratt tal-faċċata: Mario Mintoff

No comments:

Post a Comment