Friday, 28 April 2017

BIL-FILMAT: "Ma kontx qed nistenna li se tirbaħ Claudia Faniello" - John Bundy


John Bundy, is-CEO tal-PBS, ma kienx qed jistenna li fil-Malta Eurovision Song Contest se tirbaħ Claudia Faniello bil-kanzunetta Breathlessly.


Waqt Xarabank John jispjega li "matul il-korsa tal-festival kien hemm diversi għajdut u kien hemm il-favoriti tan-nies." Jgħid li "la jiena kont responsabbli mill-festival ma ridtx li jkolli ġudizzju, lanqas tiegħi personali. Però kont qed nisma' kanzunetti oħra li kapaċi jirbħuh."

John Bundy jitkellem dwar il-voti u jispjega li "jiena nista' ngħid li kont l-unika persuna fil-post minn fejn kienu deħlin il-voti u fil-bidu meta bdew deħlin il-voti Claudia ma kinitx tiffeaturja." Madankollu jgħid li "wara tliet minuti tad-dħul tal-voti, Claudia sparat 'il fuq."

Dwar il-prestazzjoni tagħha, John jistqarr li "apparti li d-diska hij tajba u li hija ballet tal-widna ħafna, din il-mara kapaċi tilgħab bl-emozzjonijiet u tuża l-body language tajjeb ħafna, u dak ħadem ħafna fil-festival."

Tista' tara l-filmat hawn taħt:

No comments:

Post a Comment