sponsors

Friday, 14 April 2017

BIL-FILMAT: "Ma kontx nemmen li jista' jkollna t-tfal, u llum għandi tifla!"


Clint, 12-il sena ilu, marad bil-kanċer u qatt ma kien jemmen li xi darba jista' jsir missier.



Mal-aħbar li marad bil-kanċer, Clint jispjega li "dak il-ħin qisha taqa' bomba fuqek." Dak iż-żmien Clint kellu biss 15-il sena u "filli qed tippjana biex tagħlaq is-16-il sena ħalli titla' Paceville u minflok ta' 16-il sena kelli nitla' mill-ewwel l-Ingilterra."


Bl-għajnuna tal-kura u ta' Puttinu, Clint fieq u ltaqa' ma' Maryrose. Jispjega li "ilni seba' snin ma' Maryrose u sentejn u nofs ilu żżewwiġna." Illum din il-koppja għandhom tarbija jisimha Emma li twieldet ftit ġranet ilu!

Maryrose tistqarr li "tant kien hemm affarijiet, anke l-istorja tiegħu stess, li lanqas qatt ma ried jemmen li jista' jkollu tfal u f'daqqa waħda għandu tifla." Iżid tgħid, "dan kollu grazzi għal Puttinu."
Tkompli tgħid li "l-fatt li tkun għaddej minn stress qawwi, imbagħad issib lil dawn in-nies li litteralment anġli."



Dwar xi jfissru għaliha Clint u Emma, Maryrose tgħid "huma ħajti, jiġifieri m'hemmx xi tgħid iktar. In-nifs tiegħi huwa hu u t-tifla bħalissa." Clint jistqarr li "dan huwa biki ta' ferħ għax għadna s'issa ma nistgħux nemmnu." 

Għal Clint u Maryrose kien hemm Puttinu u għal Puttinu allaħares ma kienx hemm int! Grazzi ħafna talli llejla qed tgħin lil Puttinu!

Tista' tara l-filmat hawn taħt:

No comments:

Post a Comment