Wednesday, 12 April 2017

BIL-FILMAT: Issa tista' tiekol flixkun tal-ilma



Sewwa qrajt! Ivvintaw flixkun tal-ilma li tista' titfgħu f'ħalqek u tieklu b'kollox!


Maħluqa minn Skipping Rocks Lab, Ooho hija boċċa tal-ilma maħluqa minn alka kannella li hija 100% bijogradabbli u tista' tittiekel bla problemi ta' xejn. 

Kulma trid tagħmel hu li tqaxxar il-qoxra ta' madwar il-boċċa u titfagħha f'ħalqek u tikolha b'kollox. U anke dik il-qoxra ta' barra tista' tagħtiha ftit togħma jew kulur jekk trid tikolha wkoll. 

Din l-invenzjoni s'issa qed tintuża f'avvenimenti atletiċi imma l-kumpanija qed timmira li tkun fis-suq minn hawn u ftit xhur oħra. Għalhekk, forsi sa fl-aħħar inkunu nistgħu nsellmu darba għal dejjem lill-plastik!

Tista' tara l-filmat ta' kif taħdem din il-boċċa hawn taħt:



Ritratt: Metro.co.uk

No comments:

Post a Comment