Saturday, 15 April 2017

BIL-FILMAT: Diska ta' Ira Losco tispiċċa l-Istati Uniti

Ritratt: Ira Losco
Id-diska Haunted By Love tal-kantanta u l-personalità magħrufa Ira Losco spiċċat fl-Istati Uniti.




Kien propju il-kor Hurricane High School West Virgina, fl-Istati Uniti, li ddeċieda li jagħti ħoss totalment differenti lid-diska minn kif nafuha oriġinarjament.

Fuq Facebook Ira kitbet hekk: "L-aħħar ħsieb li jgħaddili minn moħħi meta nkun qed nikteb diska hu li grupp ta' studenti minn skola fl-Istati Uniti jispiċċaw iħobbuha u jiddedikaw il-ħin u l-passjoni tagħhom biex joħolqu xi ħaġa kompletament differenti."

Jekk (bħalna) għandek kurżità dwar x'għamlu bid-diska ta' Ira, ara l-filmat ta' hawn taħt:



Din kienet intervista esklussiva li għamilna ma' Ira Losco ġol-karozza. Kienet l-ewwel darba li dehret wara l-Eurovision u wara li kellha lit-tarbija Harry.

No comments:

Post a Comment