top bar

Friday, 28 April 2017

BIL-FILMAT: "Dak il-ħin hi kienet qed tkanta u aħna nibku" - In-nanniet ta' Claudia Faniello

Ritratt: In-nanniet ta' Claudia Faniello

L-imħabba tan-nanniet lejn in-neputija hija indeskrivibbli u xhieda ta' dan hija l-intervista li Xarabank għamel lin-nanniet ta' Claudia Faniello.


Huma u jaraw il-mument meta Claudia rebħet il-Malta Eurovision Song Contest ma naqsitx l-emozzjoni tagħhom għal dak li kienu qed jaraw. Filwaqt li n-nanna tistqarr li "aħna nibku għax kien ħaqqha li tirbaħ", in-nannu jistqarr li "mill-ewwel bsartha u ħassejt għaliha fil-mument li qabdet tibki."

In-nanna ta' Claudia tirrakkonta li kienu qed jaraw il-Eurovision id-dar fuq is-sodda u tistqarr li "hi tkanta u aħna nibku." Iżżid tgħid li hi u tarah bdiet tistqarr hekk: "Claudia ma stajtx niġi narak għax kieku qiegħda maġenbek."

It-tnejn li huma jgħaddu messaġġ lil Claudia. In-nanna tistqarr li "jiena lin-neputijiet inħobbhom kollha u lil Claudia wkoll, u nawguralha li tmur tajjeb." Min-naħa l-oħra n-nannu jistqarr li "nħobbha ħafna, mhux lilha biss imma għaliex inħobb ukoll lil ommha, lil oħtha u lil Fabrizio." Filwaqt li jirringrazzja lill-poplu kollu, jgħid li "kulħadd jgħidli kemm għandek it-tifla tat-tifla tajba għax jiena għandi ħafna ħbieb." Itemm jgħid li "nawguralha kull suċċess barra wkoll."



Tista' tara l-filmat hawn taħt:

 

No comments:

Post a Comment