sponsors

Friday, 21 April 2017

BIL-FILMAT: Amber se tkanta fix-show ta' qabel il-kunċert ta' Bruno Mars



Il-kantanta u personalita' Maltija Amber ħabbret li se tkun waħda mill-artisti biex tkanta waqt ix-show ta’ qabel il-kunċert ‘24k Magic World Tour’ ta’ Bruno Mars. Dan il-kunċert se jsir f’Barclaycard Arena, Birmingham l-Ingilterra nhar it-Tlieta li ġej.


Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook Amber qalet li tinsab eċitata immens li ġiet magħżula bħala l-artista li se tagħti wirja waqt ix-show ta’ qabel il-kunċert ta'  Bruno Mars waqt dan it-tour li qiegħed jagħmel.



‘24K Magic World Tour’ beda ix-xahar li għadda f’Antwerp u se jkompli madwar l-Ewropa sakemm jasal l-Istati Uniti u l-Kanada.

Amber hi magħrufa għall-kanzunetta 'Warrior' li biha rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision fl-2015. Is-sena l-oħra Amber ħarġet l-ewwel studio album bl-isem ta’ ‘Redemption’. Iktar kmieni din is-sena Amber ffirmat kuntratt ma' ditta maniġerjali. Amber se tkun qed tiddebutta wkoll f’partijiet differenti fl-Ewropa b’kunċert tagħha stess qabel f’Novembru li ġej tħabbar l-ewwel single internazzjonali tagħha.

Ara l-filmat hawn taħt:



No comments:

Post a Comment