top bar

Saturday, 29 April 2017

BIL-FILMAT: “Addijo s-security, qbiżt għal fuq il-palk ħdejn binti" - Omm Claudia Faniello


"Mhux ċajta li inti dħalt għal din il-festival disa' darbiet imma inti eżempju, anke għalija, ta' kif tibqa' tipprova u tibqa' tippersisti."

Dan kien il-kliem li omm Claudia kitbet lil bintha qabel ma titla' għall-Eurovision Song Contest. Fl-ittra ommha tistqarr li "jiena għext miegħek il-mumenti meta għal ftit ma rbaħtx il-festival ta' Malta." Tispjega l-emozzjoni li kienet tħoss f'dak il-mument bħala omm u tistqarr li "dik l-għafsa ta' diqa, għafsa kważi ta' wġigħ fiżiku li kont nħoss kull darba, hija għafsa li kull omm tista' tifhima imma ma tistax tiktibha." Iżżid tgħid li "kull omm tista' tifhimni kif ħassejtni meta għajtu ismek din is-sena. Ridt intir fuq il-palk u hekk għamilt biex inkun ħdejk, ħa naqbeż u nogħla miegħek bil-ferħ."

Filwaqt li tistqarr kif Claudia hija wieħed mill-isbaħ rigali ta' ħajjitha, tirringrazzja wkoll lill-Maltin u l-Għawdxin li tawha rigal ieħor. Tispjega li "bħal ħuk inti se tirrappreżentahom u tgħaqqadhom warajk. Mhux importanti f'liema post se tiġi imma importanti li tmur u tkanta bil-qalb kif tagħmel dejjem għax inti l-mużika tħossha u tgħixha." Tistqarr li "l-ferħ li jiena nħoss għalik ma nistax niddeskrivih għax ninsab fis-seba' sema." 

Omm Claudia tagħlaq l-ittra billi tistqarr li "xtaqt ngħidlek ħaġa li inti diġà taf; inħobbok Claudia, inħobbok binti u kburija ħafna bik."

Tista' tara l-filmat hawn taħt:




No comments:

Post a Comment