sponsors

Monday, 10 April 2017

Attakk fi skola primarja f'Kalifornja


Aġġornata (4/11/2017 08:53): Żewġ adulti u tifel nqatlu f'dan l-attakk. L-aggressur qatel lil martu, għalliema u darab żewġt itfal li kienu warajha, b'wieħed minnhom imut minħabba l-feriti li ġarrab.


Aġġornata (21:02): Iż-żewġ persuni li nqatlu kienu adulti u t-tnejn l-oħra li ndarbu setgħu kienu studenti. 

L-isparatura seħħet fl-10:30am, ħin tal-post. Studenti ta' din l-iskola ttieħdu fl-iskola ta' Cajon High School, fejn iktar tard iltaqgħu mal-ġenituri tagħhom.


Aġġornata (20:52): Tliet persuni fosthom għalliema u l-aggressur sfaw midruba.

Qabel:

Minn tal-inqas żewġ persuni nqatlu fi skola primarja f'Kalifornja.

L-iskola North Party Elementary fil-belt ta' San Bernardino ġiet evakwata wara l-attakk li seħħ fi klassi.

Qed jiġi rrapportat li żewġ studenti ttieħdu l-isptar għal kura. Fuq il-post għaddejja ħidma kontinwa mill-pulizija, mill-ħaddiema tal-emerġenza u mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.




Ritratti: Sky News

No comments:

Post a Comment